-
Call Us: +356 2340 2104
-
Email: info@ksu.org.mt
Organisations News
Laqgħa Ġenerali Annwali 2018
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali, l-ogħla istituzzjoni fl-istrutturi tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), bl-approvazzjoni tal-Bord tad-Dixxiplina, se tissejjaħ nhar it-tmintax ta’ April (18) elfejn u tmintax (2018), f'nofsinhar (12:00), ġewwa s-Sala Sir Temi Zammit. Il-bibien jinfetħu fil-11:30. Jekk jogħġbok ippreżenta Karta tal-Identità valida jew Passaport validu mal-bieb.
Skond Artikolu 10.1. tal-imsemmi Statut, il-Laqgħa Ġenerali, fost l-oħrajn, se titratta dan li ġej:
1. Ħatra tas-Sedja
2. Approvazzjoni tal-Aġenda
3. Minuti: Rapport tal-Minuti u Approvazzjoni
4. Rapport Annwali
5. Ħatra tal-Bord tad-Dixxiplina u tal-Bord tal-Appell
6. Ħatra tal-Awditur
7. Ħatra tal-Avukat
8. Ħatra tal-Kummisjoni Elettorali
9. Ħatra tal-Perit
10.Diskussjoni u Votazzjoni fuq Mozzjonijiet imressqa mill-Eżekuttiv u/jew mill-Imsieħba
11.Nominazzjonijiet u Preżentazzjoni tal-Kandidati għall-Eżekuttiv il-Ġdid
Għall-fini tal-artikolu għaxra punt wieħed (10.1) hawn fuq imsemmi, il-Laqgħa Ġenerali se tilqa' n-nominazzjonijiet għall-kandidati għall-Eżekuttiv il-ġdid, li jridu jitressqu bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali tmienja u erbgħin (48) siegħa qabel ma' tibda' l-Laqgħa Ġenerali Annwali, nhar l-Erbgħa 18 ta' April f' nofsinhar.
Tista' tressaq mozzjoni bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali sa jumejn (2) qabel il-Laqgħa Ġenerali, li ser isseħħ nhar l-Erbgħa 18 ta' April f'nofsinhar.
- KSU Statute 2017 [MT] [EN]
- Kodiċi tal-Etika u Mgieba
- Mozzjoni Għal Tibdil Statutorju
- Formola għall-Mozzjoni Generali
- Minuti AGM 2017 [MT]
- Formola għan-Nominazzjoni għall-Kandidati għall-Eżekuttiv il-Ġdid
Għal aktar informazzjoni ibgħat ittra elettronika lis-Segretarju Ġenerali fuq This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it..